Mietu talanqas erba’ persuni fi splużjoni kbira li seħħet fil-qalba tal-bini tal-Gvern, f’Kabul, il-belt kapitali tal-Afganistan.
L-attakk twettaq f’ħin meta l-ħaddiema tal-Gvern kienu qed iħejju biex imorru lura d-dar, bl-akbar straġi jseħħ fl-inħawi qrib il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Lukanda Serena; li fl-2014 kienet sfat mira ta’ attakk kbir ieħor.
Il-militanti Iżlamiċi tat-Taliban ħadu responsabbilta għall-aggressjoni fejn intużat karozza-bomba. L-aħħar rapporti qalu li l-Ministeru tal-Ġustizzja ġarrab il-ħsarat sussegwenti u li ammont ta’ nies fiz-zona kienu ttieħdu l-isptar għall-kura.
Is-sit tal-isplużjoni hu anki viċin il-Ministeru tal-Finanzi u l-Bank Ċentrali tal-Afganistan.
Min-naħa tagħhom, il-militanti tat-Taliban sostnew li għandhom iwettqu ‘aktar attakki kontra l-Imħallfin u l-prosekuturi f’dan il-pajjiż’.
//= $special ?>