Filwaqt li l-Unjoni Ewropa qed tħejji għall-missjoni kontra t-traffikanti tal-bnedmin li qed jieħdu ħsieb il-vjaġġi tal-immigranti mil-Libja għall-Ewropa, hu minnu li għad fadal ammont ta’ ppjanar xi jsir qabel il-missjoni tista’ tibda bis-serjetà.
Hemm ukoll il-fattur ewlieni ta’ jekk ir-Renju Unit jirnexxilux jgħaddi Riżoluzzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u meta hemm ukoll stennija għall-mandat, li jista’ jkun approvat minn din ir-Riżoluzzjoni.
Ir-Renju Unit qed jaħdem fuq l-Abbozz tar-Riżoluzzjoni li tagħti lill-Unjoni Ewropea bażi legali biex tuża’ l-qawwa militari kontra t-traffikanti tal-bnedmin fil-Mediterran.
Min-naħa tagħha, il-Kap tal-Politika Barranija tal-Unjoni Ewropea Federica Mogherini fissret li l-pjan jesiġi l-eliminazzjoni tan-networks li jippermettu għall-immigrazzjoni irregolari, aktar milli l-qerda tal-opri tal-baħar li qed jintużaw għal dan l-aġir kriminali.
//= $special ?>