Fil-preżent l-Aġenzija Fitch qed tirrevedi l-kwistjoni tas-sapport sovran lill-banek madwar id-dinja. Bħala parti minn dan l-eżerċizzju, l-Aġenzija llum ħabbret li l-Rating tas-Sapport tal-BOV ġie mnaqqas minn “2” għal “5”.
Ir-Rating tas-Sapport tevalwa l-probbabilità li bank jirċievi sapport straordinarju f’każ ta’ bżonn. Ġeneralment dan is-sapport jingħata mill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiż fejn il-bank ikun domiċiljat.
L-azzjoni ta’ Fitch ma tirriflettix thassib dwar l-abbiltà jew ir-rieda tal-Gvernijiet li jagħtu sapport lill-istituzzjonijiet finanzjarji, iżda tirrifletti l-opinjoni tal-Aġenzija li inizjattivi regolatorji riċenti naqqsu l-probabiltà ta’ għajnuna sovrana lill-banek kummerċjali madwar id-dinja.
Fi ħdan l-Unjoni Ewropea (UE), id-Direttiva dwar l-Irkupru u R-Riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (BRRD) u l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM) jipprovdu qafas għall-banek taht riżoluzzjoni fejn hemm il-probabiltà li tintalab il-parteċipazzjoni fit-telf mis-senior creditors, jekk ikun hemm il-bżonn, minflok jew qabel ma bank jingħata s-sapport sovran.
Din l-azzjoni bl-ebda mod ma taffettwa r-rating tal-kreditu fit-tul tal- BOV ta’ BBB+ bi previżjoni stabbli.
Il-BRRD u l-SRM jagħmlu parti mill-proġett tal-UE għal Unjoni Bankarja, li ser tesiġi li l-banek itejbu l-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf billi jżidu l-kapital. F’dan il-kuntest, il-BOV ser ikompli jssaħħaħ il-capital buffers tal-Bank billi jniedi programm ta’ ħruġ ta’ kapital fuq terminu medju.
//= $special ?>