Għawdex Lokali Qorti

II-Prosekuzzjoni tgħid li qatt ma akkużatu li għamel xi xogħlijiet fil-privat

Fil-Qorti ta’ Għawdex kompliet il-kumpilazzjoni quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri fil-każ ta’ Anthony Debono, ir-raġel tal-eks Ministru Giovanna Debono, li hu akkużat b’miżapproprijazzjoni, frodi u falsifikazzjoni għad-dannu tal-Gvern fis-sena 2013 u qabel.

Fis-seduta d-Difiża enfasizzat li ħafna mix-xogħlijiet imniżżla mill-Prosekuzzjoni huma dwar xogħlijiet fil-kampanja u spjegat ukoll li hu fid-dover tad-dipartiment li tagħmel dawk ix-xogħlijiet kollha meħtieġa biex tissalvagwardja mhux biss il-kampanja u l-passaġġi f’żoni rurali, imma li taħdem biex ittejjeb l-ambjent tal-madwar.

L-Avukat Joe Giglio qal li l-Prosekuzzjoni qagħdet biss fuq dak li qalilha Joseph Cauchi u flok indagat aktar u rriċerkat fuq id-doveri tal-Construction and Mantenance Unit spiċċat ressqet il-Qorti lil Anthony Debono li issa qed jirriżulta li x-xogħlijiet li għamel kienu biex igawdu n-nies b’mod inġenerali.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispetturi Ian Abdilla u Rennie Stivala, filwaqt li d-Difiża qed titmexxa mill-Avukat Joseph Giglio.

Fis-seduta xehed l-Ispettur Rennie Stivala li beda biex ta rendikont ta’ kif il-każ wasal għand il-pulizija u bdiet bl-investigazzjonijiet tagħha. Hu qal li l-Pulizija kienet infurmata mis-Segretarju permanenti fil-Ministeru t’Għawdex wara li dehru rapporti fil-media.

L-Ispettur Stivala kompla li fil-kors tal-investigazzjonijiet il-Pulizija tkellmet diversi drabi ma’ Joseph Cauchi li kien ingħata wkoll mill-Avukat Ġenerali ċertifikat ta’ whistlblower.

Fis-seduta xehed l-Ispettur Rennie Stivala li beda biex ta rendikont ta’ kif il-każ wasal għand il-pulizija u bdiet bl-investigazzjonijiet tagħha. Hu qal li l-Pulizija kienet infurmata mis-Segretarju permanenti fil-Ministeru t’Għawdex wara li deheru rapporti fil-media.

L-Ispettur Stivala kompla li fil-kors tal-investigazzjonijiet il-Pulizija tkellmet diversi drabi ma’ Joseph Cauchi li kien ingħata wkoll mill-Avukat Ġenerali ċertifikat ta’ whistlblower.