Ħarsa lejn il-gazzetti ppubblikati llum it-Tlieta, 19 ta’ Mejju.
IN-NAZZJON jikkwota lill-Kap tal-Oppożizzjoni meta f’laqgħa mal-istudenti hu sostna li għadna fiċ-ċans li nsalvaw iż-Żonqor.
THE MALTA INDEPENDENT tiżvela li l-Bord tal-MEPA ma kienx konsultat dwar l-għażla tas-sit taż-Żonqor għall-bini ta’ Universita’ ġdida. Jidher li d-deċiżjoni ħadha waħdu l-Kap Eżekuttiv Johann Buttigieg.
THE TIMES OF MALTA tgħid illi l-Gvern lest iżomm sehem maġġoritarju fl-AirMalta.
L-ORIZZONT b’rapport dwar nuqqas ta’ kameras tas-sigurta’ mal-bini tal-Parlament il-ġdid.
//= $special ?>