Kmieni dalgħodu, haddiema tal-ST Microelectronics ħarġu fuq strajk ta’ siegha. Minn informazzjoni li għandu dan is-sit tal-aħbarijiet, il-kwistjoni hija dwar il-ftehim kollettiv.
Il-ħaddiema waqfu mix-xogħol għall-ħabta tas-6am, u sas-7am il-ħaddiema kienu għadhom migbura barra l-fabbrika f’Hal Kirkop.
Preżenti hemm ukoll uffiċjali tal-GWU.
MaltaRightNow.com hu nfurmat li anke illejla, ix-shift tas-6pm se jidħol għax-xogħol siegħa aktar tard minħabba l-istess strajk.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.
(Ritratt: J Debono)
//= $special ?>