Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) inħatar minn dan il-Gvern ukoll fuq il-bażi ta’ position of trust mingħajr seħja pubblika. Il-pakkett finanzjarju li ngħata mill-Gvern iġorr salarju u perkaċċi oħrajn fi flus b’valur ta’ kważi €50,500.
Ma’ din is-somma, il-Kap Eżekuttiv għandu wkoll karozza sebat ijiem fil-ġimgħa, polza tas-sigurtà tas-saħħa, 5% tas-salarju annwali bħala disturbace allowance, u performance bonus ta’ 15% tas-salarju annwali, u servizz għall-użu tal-internet u smartphone.
Din il-ħatra oħra f’entità tal-Gvern li ngħatat fuq bażi ta’ position of trust, kienet konfermata fil-Parlament illejla fuq mistoqsijiet li saru mix-Shadow Minister Jason Azzopardi.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo kkonferma fit-tweġiba li ta, li ma kienx hemm sejħa pubblika għal din il-kariga imma sar kuntratt b’direct appointment fuq bażi ta’ position of trust.
//= $special ?>