Lokali

IL-KAŻ ŻONQOR: Marlene Farrugia titlob lill-President tintervjeni

Id-deputat Laburista Marlene Farrugia talbet lill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca sabiex tintervjeni biex tkun ta’ għajnuna fil-kwistjoni tal-iżvilupp f’ODZ f’Marsaskala.

Fuq Facebook, Farrugia saqsiet kemm fadal ġranet sakemm “Żonqor jindifen ħaj”. Id-deputat laburista saqsiet ukoll jekk bil-bini f’Żonqor, bit-tanker f’Marsaxlokk u bi żvilupp bla rażan is-South hux se jkun aħjar taħt Gvern Laburista.

Marlene Farrugia qed tinsisti li se nħallu lil uliedna foqra mill-wirt ambjentali tagħna.