Madwar 220 immigrant, fl-aħħar sigħat, kienu qed jitwasslu lejn Pozzallo, fl-Italja, wara li kienu salvati (fil-lejl tat-Tnejn) minn żewġ patrol boats tal-gwardjani tal-kosta Taljani.
L-awtoritajiet Taljani qalu li d-dgħajsa li kienu fiha l-immigranti irregolari intlemħet minn ajruplan Iżlandiż li jifforma parti minn Operation Triton tal-Unjoni Ewropea.
Intant, marru biex jagħtu l-għajnuna ż-żewġ patrol boats tal-Italja u vapur ta’ Franza li wkoll hu parti mill-missjoni ‘Triton’. Mifhum li l-ekwipaġġ Franċiż ipprovda l-għajnuna inizjali qabel l-immigranti kienu ttrasferiti għal fuq il-patrol boats.
//= $special ?>