Il-kumpaniji tal-betting reġistrati f’Malta nhar il-Ġimgħa li għadda filgħodu kienu mwissja biex joqgħodu attenti dwar il-betting li kien qed isir b’rabta mal-partita tal-Ġimgħa filgħaxija bejn Mosta u Gżira United.
Fi storja ppublikata fuq il-paġna ta’ Replay fuq Facebook, sar magġruf li dawn il-kumpaniji irċivew e-mail mill-Malta Gaming Authority dwar dan.
Replay tkellem ukoll ma’ kelliem għall-MFA li kkonferma din l-istorja madankollu ċaħad li l-MFA qed tinvestiga din il-partita.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>