Skont is-Sindku Laburista Kevin Barun, Birżebbuġa mhu se tiggwadanja xejn jekk l-Univeristà li qed jippjana l-Gvern issir fis-sit fejn hemm it-tankijiet tal-Petrolium Division.
Barun qal li hu personalment kontra l-proposta li l-Università ssir f’Birżebbuġa. Mal-ġurnal The Times of Malta, is-Sindku Laburista spjega li l-uniċi li jibbenefikaw minn proġett simili huma n-negozjanti u mhux ir-residenti. “Li rridu hu aktar spazji miftuħa u mhux aktar bini”, sostna Kevin Barun.
Din il-pożizzjoni tas-Sindku Laburista ta’ Birżebbuġa tikkuntrasta ferm ma’ dik li ħa sieħbu ta’ Marsaskala, li ħareġ għonqu għall-proposta ta’ Joseph Muscat. Dan ifisser li issa teżisti sitwazzjoni fejn Sindku Laburista qed jgħid li l-lokalità tiegħu se tgawdi bl-influss ta’ 4,000 student, filwaqt li Sindku Laburista ieħor lanqas biss irid din il-binja biswitu.
//= $special ?>