Żewġ plejers ta’ Hibernians ġeddew il-kuntratti tagħhom maċ-Champions Maltin. Dawn huma Jackson Lima li ffirma kuntratt ta’ sentejn oħra, u Jorginho li ġedded għal tliet snin.
Jorginho kellu staġun mill-aqwa ma’ Hibernians minn meta ffirma magħhom fis-Sajf li għadda. Filfatt hu spiċċa top scorer tal-kampjonat Premier flimkien mal-eks Hibernians Luis Edison Tarabai b’25 gowl kull wieħed.
Minn naħa l-oħra Jackson Lima, li llum għandu 32 sena, issieħeb ma’ Hibernians f’Jannar tal-2012 mingħand Sliema Wanderers.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>