Internazzjonali

Jisparaw lil żagħżugħa Torka f’rasha għax ipparteċipat f’talent show

Żagħżugħa Torka li kienet qed tieħu sehem f’talent show fuq it-Televiżjoni tat-Turkija qalgħet tir ta’ arma tan-nar f’rasha waqt li kienet għaddejja bil-provi fid-dar tagħha, fil-provinċja ta’ Diyarbakir. Iż-żagħżugħa, Mutlu Kaya ta’ 19 il-sena, tinsab f’kundizzjoni kritika.

Hu mifhum li ż-żagħżugħa kienet irċeviet diversi theddid kontra ħajjitha talli telgħet tkanta waqt ix-show. Ir-reġjun ta’ Diyarbakir hu magħruf bħala wieħed konservattiv. Min-naħa tagħha, il-Pulizija lokali qalet li qed iżżomm mill-anqas persuna waħda li qed tgħin fl-investigazzjonijiet dwar il-każ.