L-eks-captain tat-tim Ingliż John Terry nefaq €200,000 biex qala’ l-ħaxix f’dar ġdida li għadu kemm xtara biex minflok, poġġa ħaxix finta.
L-istilla ta’ Chelsea s-sena li għaddiet xtara d-dar tal-golfista Colin Montgomerie għal €6 miljun. Il-propjetà hi qrib ħafna tad-dar kbira li kellu diġà Terry, b’disat ikmamar tas-sodda, f’Surrey.
Issa, il-plejer ta’ 34 sena qala’ l-ħaxix li fuqu Montgomerie kien jitħarreġ għall-golf iżda skont ħafna, dan għamlu mhux biex hu jitħarreġ għall-futbol imma biex jevita li jkollu għalfejn joqgħod jaqta’ l-ħaxix.
L-istess biċċa xogħol kien għamilha fid-dar preċedenti li biegħ lil Ministru għoli tal-Oman, Sultan bin Mohammed al-Naamani u li minnha qala’ madwar €10 miljun. Hu mifhum li d-dar inxtrat biex tintuża mis-sultan tal-Oman Qaboos bin Said.
Terry, martu Toni u l-ulied tewmin, marru jgħixu fid-dar il-ġdida lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet. Hi meqjusa iżgħar mid-dar ta’ qabel jew minn djar oħra li kellu, li huma kollha qrib tal-grawnd tat-taħriġ taċ-Chelsea f’Cobham, u minbarra l-ħaxix finta għamlilha wkoll għadira kbira biex fiha jkun jista’ jistad.
Bena wkoll pixxina fil-magħluq, ta’ 33 pied b’40 pied, jacuzzi u sauna.
//= $special ?>