Il-Prinċep Charles tal-Ingilterra ltaqa’ mal-Kap tal-Partit Sinn Fein, Gerry Adams, waqt li hu kien qed jibda żjara ta’ erbat ijiem fl-Irlanda
Adams kien fost diversi politiċi li laqgħu lil Charles waqt riċeviment fin-National University of Ireland, f’Galway. Din kienet anki l-ewwel laqgħa, wiċċ-imb-wiċċ, bejn membru tal-Familja Rjali Britannika u protagonista fit-tmexxija tas-Sinn Fein, fir-Repubblika Irlandiża.
Adams u l-kollega tiegħu, (il-politiku) Martin McGuinness, kellhom ukoll laqgħa privata mal-Prinċep li damet għal 20 minuta. Wara, Adams qal li huma ddiskutew il-ħtieġa li jħarsu lejn il-futur wara l-problemi u l-konflitt ta’ snin ilu fl-Irlanda ta’ Fuq. Dan filwaqt li ‘jmexxu ‘l quddiem bil-proċess b’rispett għan-nies li sofrew jew tilfu lill-għeżież (waqt il-konflitti fil-provinċja Irlandiża). ‘
//= $special ?>