Lokali

Pulizija iwasslu fil-ħin mara se twelled

Tliet uffiċjali fit-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija dalgħodu kienu impenjati u rnexxielhom jgħinu mara li kienet se twelled biex tasal fil-ħin l-isptar.

Dalgħodu l-control room tal-pulizija rċeviet telefonata minn raġel jitlob l-għajnuna biex il-pulizija tassistieh ħalli jevita t-traffiku ħalli l-mara tiegħu tkun tista tasal l-isptar għaliex kienet waslet biex twelled.

PC248 Anthony Axiaq u PC1256 Simon Schembri, wieġbu għas-sejħa u għinu lir-raġel biex jasal l-isptar filwaqt li SM888 Dunstan Camilleri, li kien responsabbli u kien fil-viċinanzi tal-isptar Mater Dei, aċċerta ruħu li ħadd ma jwaqqaf lill-karrozza milli tasal fil-ħin.

Il-Pulizija min-naħa tagħhom b’mod mill-aktar umli qalu li kienu qed jagħmlu sempliċiment dmirhom.