Ewropa Lokali Mużika

RITRATTI: Amber bi prestazzjoni mill-aqwa waqt l-ewwel ‘dress rehearsal’

Ikompli jiżdied l-eċitament tal-Eurovision, hekk kif ftit tal-ħin ilu ntemmet l-ewwel dress rehearsal għas-semi-finali ta’ għada.

Il-kantanta Maltija Amber kellha prestazzjoni tajba tal-kanzunetta Warrior matul din id-dress rehearsal, li se tkun qed tintwera wkoll lill-ġurija llejla. Matul din il-wirja esklussiva, il-ġurija se tkun qed tagħti l-punti tagħha lil kull kantant u kantanta qabel ma dawn jagħtu sehemhom fis-serata ta’ għada.

Id-dress rehearsals kienu miftuħa wkoll għal dawk kollha li huma dilettanti tal-Eurovision.

Dan is-sit se jkompli jżommkom aġġornati dwar l-aħħar żviluppi b’rabta mal-Eurovision Song Contest fi Vjenna, b’iktar dettalji dwar il-kantanta Amber u t-tim Malti, kif ukoll ħarsa lejn żviluppi ġodda b’rabta mar-riżultati tal-Eurovision.