Internazzjonali

Arrest f’Milan b’rabta mal-attakk f’Tuneż

Il-Pulizija Taljana arrestat raġel Marokkin li kien inħareġ mandat ta’ arrest internazzjonali kontriħ b’rabta mal-attakk terroristiku ta’ Marzu fit-Tunezija. Attakk li fih kienu nqatlu 24 persuna fil-maġġoranza turisti u r-responsabbilta kienet ittieħdet mill-ISIS.
Skont l-awtoritajiet Tuneżini, dan ir-raġel ta’ 22 sena kellu sehem ewlieni fl-attakk kotnra l-Mużew Bardo.