Lokali

Iċ-ċpar oħxon iħarbat żewġ titjiriet

Ajruplan tal-Air Malta kellu jiġi imdawwar lejn Catania minħabba ċ-ċpar li kesa pajjiżna matul il-lejl li għadda.

It-titjira tal-Air Malta kienet ġejja minn Londra, u kellha tasal ftit wara nofs il-lejl. Issa, l-ajruplan kellu jinżel fl-ajruport internazzjonali għall-ħabta tad-9:15am.

Titjira oħra li ġiet affetwata miċ-ċpar kienet dik ġejja minn Birmingham, u li waslet pajjiżna kmieni dalgħodu.