Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum l-Erbgħa, 20 ta’ Mejju.
IN-NAZZJON jirrapporta dak li qal ilbieraħ il-kelliem tal-Oppożizzjoni Clyde Puli fejn sostna li għall-PBS dak li qed tgħid Marlene Farrugia dwar l-iżvilupp propost fiż-Żonqor hu irrilevanti. Dwar din l-istess storja l-gazzetta MALTA TODAY qed tgħid li l-Gvern qed ifittex sit ieħor ta’ 25,000 metru kwadru li fuqu jista’ jinbena l-kampus tal-universita’.
THE TIMES OF MALTA issegwi l-istorja li żvela dan is-sit dwar żewġ aħwa Maltin implikati f’każ ta’ korruzzjoni fil-futbol Taljan.
L-ORIZZONT jgħid li l-azzjonijiet tal-GWU fl-ST Microelectronics kienu suċċess.
THE MALTA INDEPENDENT b’rapport dwar l-Universita’ ta’ Barts li fetħet l-applikazzjonijiet għall-korsijiet f’pajjiżna bi ħlas ta’ €35,000 fis-sena.
//= $special ?>