Il-Kummissjoni Ewropea ċċertifikat li l-baħar madwar Malta hu ta’ kwalità eċċellenti. Għall-Partit Nazzjonalista, dan hu riżultat ta’ investiment bilgħaqal minn Gvern Nazzjonalista u li minnu qed igawdi l-poplu Malti u Għawdxi kollu, kif ukoll min iżurna.
Fi stqarrija f’isem ix-Shadow Minister għall-Ambjent Marthese Portelli u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent Ryan Callus, il-Partit Nazzjonalista qal li llum, il-poplu Malti u Għawdxi kollu qed igawdi minn dan l-investiment u qed jgħum f’ilma nadif.
Filwaqt li sostna s-sodisfazzjon tiegħu, il-Partit Nazzjonalista qal li hi ħasra li Joseph Muscat jaħseb kompletament bil-kontra taċ-ċertifikat li l-Unjoni Ewropea tat lil pajjiżna. Dan hekk kif, biex jiddefendi d-deċiżjoni skandaluża tiegħu, Muscat qed jipprova jqabbel il-bini ta’ spekulaturi privati mill-Ġordan f’żona verġni fiż-Żonqor mal-investiment pubbliku f’Ta’ Barkat, li llum ġab riżultat u ċertifikat mill-aqwa tal-Unjoni Ewropea.
Il-Partit Nazzjonalista temm jgħid li hi verament ħasra li Joseph Muscat hu daqstant negattiv fuq dan l-investiment li ġab it-tifħir mill-Unjoni Ewropa, u li għamilna l-aqwa fl-Ewropa għall-kwalità tal-baħar.
//= $special ?>