Il-villa f’Palermo fejn il-mafjuż Totò Riina ġie arrestat mill-Pulizija Taljana, issa saret għassa tal-Pulizija.
Iċ-ċerimonja, 22 sena wara l-arrest tal-persunaġġ magħruf, kienet tinkludi fost l-oħrajn is-sehem tal-Ministru tal-Intern Taljan Angelino Alfano li hu wkoll Sqalli.
Il-villa li fiha kienu jgħixu Riina u l-familja tiegħu, kienet l-aħħar post li fih kien jgħix qabel ġie arrestat fl-1993. Dakinhar kellha ħafna siġar u ħaxix u pixxina. Illum il-ġurnata hi f’idejn l-armata Taljana u ġiet adattata għall-bżonnijiet tal-forzi tal-ordni. Ingħatat l-isem tal-marixxall Mario Trapassi u ta’ Salvatore Bartolotta li nqatlu fl-istraġi li ħalliethom mejta flimkien mal-imħallef Rocco Chinnici f’Lulju tal-1983.
Skont Angelino Alfano, l-inawgurazzjoni tal-użu ġdid ta’ din il-propjetà fissret li “l-istat rebaħ u l-mafja tilfet”.
//= $special ?>