Ir-Renju Unit din is-sena se jkun ibbumbardjat minn ħafna iktar insetti li aktarx ikunu iktar aggressivi mis-soltu.
Dan kollu tort ta’ xitwa ħanina u rebbiegħa sħuna li huma kundizzjonijiet ideali biex żunżan u nemel joktru fi kwantitajiet sostanzjali. Is-sajf, li mistenni jkun xi ftit iktar sħun mis-soltu, se jkompli jżid il-problema.
Minbarra l-kwantità ta’ żunżan, l-esperti qed jinkwetaw l-iktar fuq tip ta’ nemla partikolari, dik li tissejjaħ tal-farawni, li hi żgħira u safranija, kważi trasparenti, imma li kapaċi ġġorr il-mard anke fatali.
Espert wissa li meta wieħed juża sprays biex joqtol dawn in-nemel partikolari, malli jħossu l-kimika jibgħatu sinjali lill-bqija tal-kolonja u peress li jqisu li huma taħt attakk, jinqasmu fi gruppi iżgħar.
Fir-Renju Unit jistmaw li bejn l-2013 u l-2014 kien hemm żieda ta’ 87% ta’ problemi ta’ żunżan u din is-sena, qed jikkalkulaw li n-numri jkunu bħal dawk tas-sena li għaddiet jekk mhux iktar.
//= $special ?>