L-investigaturi Taljani sabu li l-persuna arrestata b’rabta mal-attakk terroristiku f’Marzu fit-Tuneżija, kien daħal fi Frar fl-Italja fuq lanċa ta’ immigranti.
Instab li Touil Abdelmajid (ritratt), Marokkin ta’ 22 sena, kien daħal fi Frar f’Porto Empedocle fuq lanċa b’madwar 90 immigrant.
Touil kien arrestat it-Tlieta filgħaxija mill-Pulizija Taljana f’Gaggiano f’Milan. Hu instab fl-appartament fejn kienet tgħix ommu u xi aħwa tiegħu. Dan wara li kien hemm mandat ta’ arrest internazzjonali maħruġ mill-Pulizija Tuneżina b’rabta mal-attakk f’Marzu kotnra l-Mużew Bardo. Attakk li fih 22 persuna kienu nqatlu u li r-responsabbilta tiegħu ttieħed mill-ISIS.
Jidher li hu kien imbagħad mar it-Tuneżija għall-attakk u mar lura l-Italja.
Jirriżulta li terrorista arrestat daħal l-Italja bil-baħar
