L-eks Kap Eżekuttiv tal-Malta International Airport Markus Klaushoffer isostni li tneħħa mill-kariga b’mod inġust. Dan kien żvelat fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MIA, li fiha ma ngħatat l-ebda spjega lill-azzjonisti dwar l-allegazzjoni tal-eks Kap Eżekuttiv. Intqal biss mid-Diretturi li, fl-opinjoni tagħhom, il-pożizzjoni li qed jieħu l-eks Kap Eżekuttiv hi bla bażi.
Bħalissa, il-każ jinsab quddiem Tribunal Industrijali u għadha ma ngħatat l-ebda spjega jew raġuni uffiċjali għaliex l-impjieg ta’ Klaushoffer ġie terminat. Min-naħa l-oħra, id-Diretturi sostnew li m’għandhomx ħsieb jibdlu l-Kap Eżekuttiv preżenti.
Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali, id-Diretturi lanqas ma wieġbu mistoqsijiet dwar il-possibbiltà li l-Vienna Airport ibigħu xi ishma. Dan wara rapporti li kemm il-Vienna Airpot kif ukoll l-SNC Lavalin, l-azzjonist ewlieni l-ieħor, se jbigħu l-ishma kollha tagħhom fl-MIA.
Dawn ir-rapporti kienu miċħuda mill-Vienna Airport, li qal biss li kien hemm biss kunsiderazzjonijiet dwar dan.
//= $special ?>