Futbol Sport

L-ISKANDLU L-ĠDID TA’ MATCH-FIXING: Vittoriosa ma jafu b’xejn

B’ referenza ghall-artikli li dehru fl-istampa lokali kif ukoll dik Taljana rigward il-każ ta’ logħob imbagħbas fil-futbol Taljan, il-Kumitat ta’ Vittoriosa Stars jiddikjara li Felice Bellini kien jokkupa l-kariga ta’ Direttur Sportiv mall-Club fuq bazi volontarja u fl-ebda istanza ma kien marbut b’xi forma ta kuntratt mal-istess club.

Fi stqarrija, Vittoriosa qalu li l-involviment tieghu fil-club “kien sempliciment li jfittex players barranin li jistghu ikunu ta’ servizz ghall-club tagħna u dan kien jagħmlu mill-Italja tant li kien f’okkażjoniji wahda biss matul l-istagun li zar Malta”.

Il-club qal li kull assoccjazzjoni ma’ Bellini spiccat mal-aħħar loghba tal-kampjonat Malti, jiġifieri fis-26 t’April. Rigward il-coach Arturo Di Napoli, dan kien ġie ingaġġat bħala coach fil-bidu ta’ Jannar 2015 u l-kuntratt tiegħu mal-istess club ġie terminat wara l-aħħar logħba tal-kampjonat lokali.

Għaldaqstant, il-klabb iddikjara li hu estranju għall-akkuzi kollha li dehru fil-medja msemmija
inkonnessjoni ma dawn l-individwi.