Il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) talbet laqgħa urġenti mal-Ministru u mas-Segretarju Parlamentari tas-Saħħa biex tingħata aktar informazzjoni u tiddiskuti r-rapporti li l-Isptarijiet Karin Grech, San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jistgħu jitmexxew mill-Privat.
Fl-istqarrija, l-MUMN qalet li wara r-rapporti fil-media, kienu diversi l-infermiera f’dawn l-isptarijiet li kkuntattjaw lill-union biex jesprimu t-tħassib tagħhom dwar il-possibbiltà li jkollhom Management privat wara li jitlesta l-investiment propost.
L-union qalet li għalkemm ingħatat garanzija li l-infermiera u professjonisti oħra se jibqgħu impjegati mas-servizz pubbliku u se jiġu rrispettati l-Ftehim Kollettivi, l-MUMN għad mħassba dwar kif l-isptarijiet se jitmexxew. Hi l-intenzjoni tal-MUMN li permezz ta’ din il-laqgħa, il-membri jkunu aġġornati.
//= $special ?>