Internazzjonali

Traġedja fi blokk bini f’Baku

Tal-anqas 16-il persuna mietu u 64 indarbu wara li blokk bini nħakem min-nar qawwi fil-belt kapitali tal-Ażerbajġan. In-nar tant infirex malajr li hemm suspetti li fil-bini ntuża materjal bħal plastik biex jiffrankaw il-flus.
Fost il-mejtin kien hemm tlett itfal li kienu fil-bini ta’ 16-il sular fil-qalba tal-belt kapitali Baku. Hemm tħassib li fil-bini meqrud min-nirien għad hemm il-katavri ta’ xi nies. Il-blokk, fl-inħawi ta’ Binagadi, kien jikkonsisti f’107 appartamenti li fih kienu jgħixu 408 persuni.
Issa l-awtoritajiet fetħu investigazzjoni għal din it-traġedja u l-investigaturi diġà stqarrew li l-ewwel indikazzjonijiet huma li l-blokk kien mibni b’materjal difettuż u kien hemm xi ħitan tal-plastik.