Il-Ministru Konrad Mizzi ma weġibx għar-raba’ darba l-istess mistoqsija li saritlu fl-aħħar sitt xhur b’rabta ma’ kuntratti, direct orders u kummissjonijiet li ngħataw mill-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa.
Ix-Shadow Minister għas-Saħħa Claudette Buttigieg, stqasiet fil-Parlament biex il-Ministru Konrad Mizzi jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sal-lum.
Intalab jgħid ukoll għal kull każ, jagħti d-data meta ngħata; ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri; il-valur tiegħu; it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?
Din il-mistoqsija parlamentari saret l-ewwel darba mix-Shadow Minister Claudio Grech fis-7 ta’ Novembru tas-sena l-oħra.
Sitt xhur wara, il-Ministru Konrad Mizzi u l-istaff tiegħu fil-Ministeru, għadu ma sabx il-ħin biex jiġbor l-informazzjoni u jwieġeb. Dan minkejja li l-istess mistoqsija saritlu erba’ darbiet.
L-aħħar tweġiba li ta din il-ġimgħa fil-Parlament kienet li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
//= $special ?>