Iktar kmieni llum, numru ta’ persuni ikkuntatjaw lil dan is-sit biex jinfurmawna b’għadira żejt li kienet qed tinxtered fuq wiċċ il-baħar qrib it-Torri ta’ San Luċjan. Iż-żejt, bl-imbatt tal-kurrent, spiċċa wkoll ħonoq parijiet mill-Bajja tal-Qajjenza, f’Birżebbuġa.
Għadu mhux magħruf x’ikkawża dan iż-żejt, u x’se jsir biex inċidenti simili jiġu evitati.
L-istess residenti ikkonfermaw magħna li dan iż-żejt qed joħloq ukoll riħa spjaċevoli fiż-żona, tant li bosta qed ikollhom jagħlqu t-twieqi tad-djar tagħhom.
Iktar dettalji la jaslulna.
Ritratt meħud minn sit turistiku li jippromwovi l-Bajja tal-Qajjenza bħala ġojjel naturali.
//= $special ?>