Lokali

Filmat: Amber bi prova qabel is-semi-finali tal-lejla

Ilbieraħ saret l-ewwel dress rehearsal għas-semi-finali. Amber kellha prestazzjoni tajba tal-kanzunetta Warrior matul din id-dress rehearsal u wara l-ġurija tat il-punti tagħha lil kull kantant u kantanta qabel dawn jippartecipaw fis-serata tal-lejla.

Fil-prova li saret ilbieraħ spikkaw il-viżwali tal-palk waqt il-kanzunetta, fosthom b’nar li jkompli jżid mal-viżwal mill-isbaħ li tħejja għal matul il-kanzunetta ‘Warrior’.

Illejla fi Vjenna, il-kantanta Maltija Amber tipparteċipa fit-tieni serata tal-Eurovision fejn għaxar pajjiżi jikkwalifikaw għas-serata finali tal-Eurovision, li ssir nhar is-Sibt.

Filmat: Sergei Montesin