Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, 21 ta’ Mejju.

IN-NAZZJON ikompli jsegwi l-istorja tal-kumpanija TEC Malta Ltd. li f’sentejn daħħlet nofs miljun ewro f’kuntratti li ħadet mingħand il-Gvern.

THE MALTA INDEPENDENT b’rapport dwar il-bdiewa li għandhom l-art f’Żonqor, li jesprimu ruħhom terrorizzati bil-pjan tal-Gvern li jibni din iz-zona.

THE TIMES OF MALTA issegwi l-aħħar żviluppi fl-AirMalta f’dik li qed tiġi deskritta bħala “sitwazzjoni ta’ tensjoni” fost il-ħaddiema.

L-ORIZZONT jgħid li l-ħuta velenuza li ssemmiet fil-media fl-aħħar jiem, kienet ilha 9 snin li ssemmiet minn dan il-ġurnal.

U fil-ħarġa tal-lum tal-MALTA BUSINESS WEEKLY naqraw dwar l-eks Kap Eżekuttiv tal-MIA Markus Klaushofer li issa sar magħruf illi kien ġie imkeċċi mill-bord ta’ tmexxija.