Edukazzjoni Lokali

Il-KSU jinsab iddiżappuntat bit-tibdil riċenti fil-leġislazzjoni tal-Avviż Legali 150 tal-2015

Kunsill Studenti Universitarji (KSU) jinsab iddiżappuntat bit-tibdil riċenti fil- leġislazzjoni li tħalli effett fuq is- settur tal-edukazzjoni għolja f’ Malta. Dan fid-dawl tal-preżentazzjoni tal-Avviż Legali 150 tal-2015, preżentat mill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.

L-imsemmi Avviż Legali ħa jkun qed inaqqas ir-rekwiżiti biex istituzzjoni Edukattiva tirċievil-istatus ta’ Universtia’. Il-pre-okkupazzjoni tal- Kunsill tal-Istudenti hi r-raġuni għala dan it-tibdil fis-Subsidiary Legislation 327,433 sar biss  tlett ijiem wara li ġie ffirmat il- Head of Agreement mal-American University of Malta, li twassal għal sitwazzjoni li l- attenzjoni tiġi imneħħija mill-punti principali.

Din tqajjem numru ta’ mistoqsijiet jekk dan it-tnaqqis fir-rekwiżiti sarx għal-fatt li l-Universita’ proposta mhix ta’ livell mixtieqjew hux biss investiment ekonomiku. Il-Gvern sostna li din hi proposta li ħatkompli tattira iktar pluraliżmu fl-edukazzjoni terzjarja. Minkejja li KSU jemmen li tattira investimenti edukattivi godda, anke mis-settur privat hija xiħaġa pożittiva, dan m’ għandhux isir billi jnaqqas l- istandards tal-istituzzjoni infisshom; anzi ghandha issir bl- isfors li tinżamm ir- reputazzjonit’ eċċelenza fl-Edukazzjoni Għolja.

Il-fatt li l-leġislazzjoni tista twassal għalsitwazzjoni fejn il- lekċerers ma jkunux involuti f’ attivita’ tar-riċerka,pero jkunu qedgħin jgħatu taħriġ fir riċerka.  KSU jemmen li dan it- tibdilikun detrimentali għall-Universita’ ta’ Malta għax ixejnu x-xogħol kollu li sarminn din l- istituzzjoni matul dal- aħħar snin biex saret ċentru tar- riċerkafid- dawl tal- limitazzjoni tar- riżorsi.

Artiklu li jgħid li NCFHE għadha tilliċenzja istituzzjonijiet t’ Edukazzjoni Għolja biex ikunu ikkunsidrati fuq bażi tal-interess nazzjonali u biex ikunu jissodisfaw il-politkanazzjonali kien miżjud. Din titlob għal iktar awtonomija tal-Kummissjoni waqt li trid tkun aċċertata li jkunx hemm intħil mill-Gvern.

KSU jinsab iddiżappuntat li għal darb’oħra il-Ministru tal-Edukazzjoni u x- Xoghol żamm lil-istudentifid-dlam fuq riforma fil-kwalita t’ istituzzjonijiet tal- Edukazzjoni Għoljamadwar Malta, minkejja l-fatt li għall- aħħar snin membri tal- KSU kienu qedjiddiskutu kwistjonijiet rigward l- Att tal- Edukazzjoni mal- awtoritajietrelevanti.

KSU jemmen li l-aġenda tal- vern m’għandhiex tkun ikkonċernata mill-kwantita’ tal- istituzzjonijietedukattivi pero mill-Kwalita’ tal-Universitajiet maħluqa. Ebda liġi m’għandha tinbidelli tiffoka biss fuq l-attrazzjoni t’iktar istituzzjonijiet, fuq bażi biss ta’gwadan finanzjarju, anzi l-prijorita għandha tkun biss biex tiżgura li l-asspettativital istudenti jiġu milħuqa.

10421516_875296839207674_3170272895404657695_n