“Il-KSU jikkundanna l-pjanijiet biex tinbena l-American University of Malta fuq art ODZ”
Il-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) u 44 għaqda tal-istudenti fl-Universita’ ta’ Malta fl-aħħar sigħat bdew petizzjoni onlajn bl-iskop li jappellaw lill-Prim Ministru sabiex iwaqqaf b’mod immedjat l-esplojtazzjoni ta’ art ODZ li ġiet proposta fl-aħħar jiem f’Żonqor Point.
Fil-petizzjoni, il-KSU qal li qed jingħaqad ma’ dawk il-kritiċi tal-proġett li sa’ minn meta ġie mniedi, ħadu pożizzjoni kontra dan l-iżvilupp.
Il-KSU qal li hu ta’ dispjaċir li l-MEPA, li l-għan tagħha dejjem kien il-ħarsien tal-ambjent, kienet l-awtorita’ li pproponiet dan l-ispazju għall-iżvilupp.
Il-Kunsill Studenti Universitarji żied jgħid li hu ta’ disprezz kbir li għal proġett bħal dan, l-istakeholders bħall-Universita’ ta’ Malta u l-KSU bħala korp studentest, ma kienux konsultati qabel ma kienet imħabbra din l-Universita’.
Fil-petizzjoni, iffirmata mill-KSU u minn 44 għaqda oħra tal-istudenti, intqal li l-KSU, flimkien mal-għaqdiet studenteski, u rappreżentanti tal-istudenti mill-fakultajiet differenti, ser jibqgħu isegwu l-mod ta’ kif din il-proposta ser tiżvolġi, u janaliżżaw l-implikazzjonijiet ekonomiċi u edukattivi tal-proġett, sabiex ikun imħares sew l-interess ta’ kull student universitarju, u li r-reputazzjoni tal-instutizzjoni ma’ tiġix kompromessa
L-44 għaqda tal-istudenti kontra l-iżvilupp f’art ODZ, u li ffirmaw il-petizzjoni huma dawn:
- ASA
- AEGEE Valletta
- AIESEC University of Malta
- ASCS
- Betapsi
- CommA
- CSA
- DESA
- ELSA Malta
- ESN UoM
- ESO
- Greenhouse Malta
- GUG |Għaqda tal-Malti
- GħSL
- GħST
- HoASA
- IAESTE Malta
- ICTSA
- IEEE
- INSITE
- JEF Malta
- KSJC
- MADS
- MHSA
- MIRSA
- MKSU
- MMSA
- MPSA
- MUSC
- MUST
- OSQ
- PULSE
- S-cubed
- SACES
- SDM
- SPS
- SħS
- Tdm2000
- TSA
- UESA
- University Bible Group
- We Are
- Y4TE