L-istazzjon mużikali MTV u l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu ħabbru li l-kantant ta’ fama internazzjonali Jason Derulo se jkun qed jifforma parti mil-‘line-up’ tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Isle of MTV. L-Isle of MTV se jkun qed jirritorna dan is-sajf għad-disa’ sena konsekuttiva u se jsir fis-7 ta’ Lulju fuq il-Fossos tal-Floriana.
L-ewwel single ta’ Derulo li għamlet ħoss dinji fix-xena mużikali kienet ‘Whatcha Say’, b’aktar minn 5 miljun persuna jixtru l-kanzunetta fl-Istati Uniti biss. B’kollox, Derulo għandu 1.8 biljun ‘view’ fuq il-paġna tiegħu ta’ Youutube u aktar minn 27 miljun ‘follower’ fuq il-midja soċjali. Jason Derulo b’kollox ħareġ tlett albums, u mistenni joħroġ ir-raba’ album ix-xahar id-dieħel.
//= $special ?>