Mużika

Luttu għal Mike Oldfield

Luttu għall-kompożitur Mike Oldfield hekk kif ibnu, Doug, miet ħesrem f’Londra.
Doug, li kellu 33 sena, miet il-Ħadd wara li ħassu ħażin hekk kif kien xogħol ma’ kumpannija tal-films f’Soho f’Londra. Il-Pulizija stabillit li l-kawża kienet waħda naturali.
Oldfiled, li għandu 62 sena, hu magħruf l-aktar għas-suċċess tal-1973 ‘Tubular Bells’ u li imbagħad intużat fil-film ‘The Exorcist’. Dan kien ukoll l-ewwel album li kien inħareġ mill-kumpannija Virgin li dak iż-żmien kienet fil-bidu.