Lokali Parlament

Pakkett finanzjarju ta’ €51,789 għal Jeffrey Pullicino Orlando

Minbarra l-allowance għall-karozza jingħata wkoll sa 150 litru petrol kull xahar u performance bonus

Il-pakkett finanzjarju ta’ Jeffrey Pullicino Orlando bħala Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija (MCST), ilaħħaq is-somma ta’ €51,789. Dan minbarra perkaċċi oħra għall-petrol għall-karozza, performance bonus u użu tal-internet u l-mowbajl.

Għall-mistoqsija fil-Parlament tax-Shadow Minister Jason Azzopardi, il-Ministru, responsabbli mill-MCST, Evarist Bartolo, qal li Jeffrey Pullicino Orlandu għandu salarju annwali ta’ €33,853; performance bonus sa 10% tas-salarju annwali; expense allowance annwali ta’ €2,096; Market Correctivity Allowance ta’ €11,647; allowance tal-karozza ta’ €4,193; 150 litru petrol kull xahar għall-karozza; u użu tal-internet u mowbajl.

Il-Ministru Evarist Bartolo kkonferma wkoll li ma kienx hemm sejħa pubblika għal din il-kariga imma sar kuntratt b’direct appointment fuq bażi ta’ position of trust.