Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Simon Busuttil enfazizza l-importanza li fil-pajjiż tkun imwettqa politika differenti biex biha jinħoloq il-ġid.
Meta kien qed jindirizza konferenza nazzjonali tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku bit-tema Tkabbir tal-Kompetittivita u l-Inkuzjoni Soċjali, Simon Busuttil tkellem dwar l-importanza li jissaħħah it-tkabbir fil-pagi għaliex din ir-rata niżlet għal E187 fis-sena mill-E500 li kienet fil-ħames snin ta’ qabel.
Dwar l-importanza tal-kompetittivita, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li hu posittiv li traħħsu l-kontijiet tat-dawl u l-ilma iżda jrid ikun ikkunsidrata li dan sar meta l-prezz internazzjonali taż-żejt naqas bin-nofs.
Ghalhekk il-mistoqsija hi jekk dan ir-roħs hux ġust u jekk sarx kemm fil-fatt kellu jsir. Filwaqt li enfazizza l-importanza li jkunu identifikati setturi ġodda għall-investimentt, il-Kap tal-Oppozizzjoni tkellem dwar l-interessi għolja li qed ikollhom iħallsu l-kumpaniji Maltin meta jieħdu self, intersesi li jammontaw ghal sitta fil-mija meta f’pajjizi barranin dawn jammontaw ghal tnejn fil-mija biss.
L-access ghall-fondi hu fundamentali ghall-investiment, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li tkellem ukoll dwar l-importanza li l-iżvilupp ekonomiku jkun jirrispetta l-ambjent u jkun jeskludi bini f’żoni l barra mill-iżvilupp. Bini f’art ambjentalment mhux mittiefsa ma jwassalx għal ekonomija sostenibbli, sostna Simon busuttil.
Meta tkellem dwar l-apsett soċjali, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-fatti huma li fl-ahhar senetjn il-faqar żdied waqt li ħafna persuni saru jiddependu mill-politika għall-għajxien tagħhom.
Filwaqt li faħħar id-diversi skemi qed tkompli tintroduci l-ETC għaż-żgħażagħ u kategoriji oħra vulnerabbli tas-soċjeta, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-pajjiż għandu jassigura livell ta’ pensjonijiet adewgati li jassiguraw kwalita ta’ ħajja għall-pensjonanti.
Il-pajjiż m’għandux bzonn gvern kbir li jiddetta kollox anzi ghandu bżonn gvern zgħir li jagħmel intervjenijiet ekonomici mill-inqas iżda li jkollu viżjoni għal soċjeta ġusta. Jeħtieġ, sostna Simon Busuttil, li l-pajjiż iwettaq politika differenti li fiha l-politiċi jkollhom il-kuraġġ li jżommu t-tajjeb u jwarrbu l-ħażin.
//= $special ?>