Internazzjonali

Rapporti ta’ massakri minn Palmyra

Hekk kif l-ISIS ħadu l-kontroll tal-belt Sirjana ta’ Palmyra, l-ewwel rapporti qed jindikaw massakri fuq skala kbira. Din hi l-ewwel belt Sirjana bi popolazzjoni kbira li l-ISIS ħadu minn idejn il-Gvern Sirjan. Minn Palmyra diġa bdew ifeġġu ritratti makabri tal-massakri li qed jitwettqu.
Sorsi mill-belt qalu wkoll li kien hemm min għen lill-ġellieda tal-ISIS jinfiltraw il-belt. Dan peress li kienu jafu eżattament fejn kellhom imorru.
S’issa iżda għadd m’hemm rapporti li bdew jitkissru l-fdalijiet uniċi f’din il-belt imma l-ISIS diġa qalu lim riedu jeqirduhom għaliex m’għandhomx x’jaqsmu mal-Islam.
Bil-kontroll ta’ Palmyra, effettivament l-ISIS jikkontrollaw nofs is-Sirja.