Meded ta’ art f’New South Wales fl-Awstralja tgħattew minn miljuni ta’ brimb li nisġu ħafna għanqbut abjad li n-nies tal-inħawi laqqmu bħala “angel hair” jew “xagħar l-anġli”.
Resident ta’ żona partikolari ta’ New South Wales, dar għal Facebook biex irrapporta li mis-sema kienu jidhru u jinħassu neżlin miljuni ta’ brimb żgħir ħafna bħal donnu kienet ix-xita. Fi ftit ħin, l-għelieqi u d-dar tiegħu stess inksew minn ħjut bojod li għattew għal kollox kull ma sabu.
Il-fenomenu hu wieħed naturali u hu marbut mal-migrazzjoni tal-brimb li huma u jinsġu l-ħjut, jittajru mir-riħ li jservi biex jgħinhom fil-vjaġġ tagħhom. Dak li jħallu jkun qisu kutra tal-ħarir li normalment wara lejl meta t-temperatura tinżel ftit iktar mill-jum, jinħallu fix-xejn.
Ix-xjentist Keith Basterfield qal li ħafna drabi dawn l-episodji jiġru fi ġranet sbieħ meta jkun hemm riħ ħafif jonfoħ. L-effett jidher l-iktar wara għargħar meta l-brimb jippruvaw jaħarbu mill-ilmijiet.
//= $special ?>