F’għeluq l-ewwel sessjoni tal-Kunsill Ġenerali, bit-tema “Inkomplu Nagħmlu Differenza”, kienu eletti 18-il membru ġdid tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Fl-elezzjoni, li saret matul il-jum tal-Ġimgħa, kienu eletti disa’ rġiel u disa’ nisa.
L-irġiel eletti kienu (skont il-voti li ġabu): Jean Pierre Debono, Alex Perici Calascione, Karol Aquilina, Trevor Degiorgio, Hermann Schiavone, Mark Anthony Sammut, Kevin Mizzi, Marco Spiteri u Alexis Callus.
In-nisa eletti kienu (skont il-voti li ġabu): Ann Fenech, Rosette Thake, Graziella Galea, Amanda Abela, Caroline Galea, Evelyn Vella Brincat, Veronica Perici Calascione, Francesca Zammit u Stefania Pirotta.
Matul il-jum saret ukoll il-votazzjoni biex tiġi kkonfermata Paula Mifsud Bonnici bħala l-President tal-Kunsill Ġenerali. Hi kienet ikkonfermata b’1,240 vot favur u 84 vot kontra, jew maġġoranza ta’ aktar minn 93%.
In-nomini għall-elezzjonijiet tal-uffiċjali tal-Partit – Segretarju Ġenerali, Assistent Segretarju Ġenerali, Teżorier, Segretarju Internazzjonali, President tal-Kunsill Amministrattiv u President tal-Kumitat Eżekuttiv – bdew jintlaqgħu mis-Sibt u jgħalqu nhar il-Ħamis 28 ta’ Mejju. L-elezzjonijiet isiru fil-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv fit-3 ta’ Ġunju.
Ir-riżultati kollha u x’ġara matul il-votazzjoni u l-għadd tal-Ġimgħa jinsabu fis-servizz speċjali ta’ MaltaRightNow.com.
//= $special ?>