Internazzjonali

Aġġornata: Mill-anqas 10 mejta f’attakk suwiċida fuq Moskea tax-Xiti fl-Għarabja Sawdija

Aġġornata: L-ewwel rapporti qed jindikaw li f’dan l-attakk mietu mill-anqas 10, filwaqt li mill-anqas 70 sfaw midruba. Uħud mill-feruti jinsabu f’kundizzjoni kritika.

Aktar kmieni …

Aggressur suwiċida attakka Moskea tax-Xiti lejn il-Lvant tal-Għarabja Sawdija. Xhieda fil-post qed jgħidu li kien hemm splużjoni kbira fil-Moskea ta’ Imam Ali fil-villaġġ ta’ Al-Qadeeh.

Hu stmat li kawża tal-attakk weġġgħu għexieren li kienu preżenti fost il-madwar 150 persuna li kienu qed jitolbu.

S’issa għadu ħadd ma ħa responsabbiltà tal-attakk.

(Ritratt: mill-Arkivji)