Futbol Sport

Claudio Frances iħalli lil Pieta’ Hotspurs

Il-midfielder offensiv ta’ 22 sena Claudio Frances irritorna lejn l-Arġentina għal jiem ta’ vaganza u mhux se jkompli l-karriera tiegħu ma’ Pieta Hotspurs.

Dan is-sit jinsab infurmat lil-Arġentin qed iħares lejn l-opportunita’ li jkompli jilgħab barra minn Malta, b’mod speċjali fl-Ewropa.

Frances kien wasal f’Malta u ffirma ma’ Pieta’ Hotspurs f’Lulju li għadda.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).