Il-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel, qalet li fadal ħafna xi jsir biex jintlaħaq ftehim mal-Greċja dwar il-bailout fiskali għal Ateni.
Dan meta għadhom għaddejjin it-taħditiet diffiċli fost l-inkwiet li l-Greċja jistgħu jispiċċawlha l-flus għall-obbligi urġenti.
Intant, il-kredituri internazzjonali għadhom jinsistu biex il-Greċja tintroduċi l-miżuri ġodda tal-awsterita. Fl-istess ħin, il-Gvern tal-Prim Ministru Grieg, Alexis Tsipras, qed jinnegozja mill-aħjar li jista’ biex jikseb aktar fondi ta’ emerġenza mingħand il-kredituri li, min-naħa tagħhom, huma determinati li Ateni twettaq ir-riformi meħtieġa.
//= $special ?>