Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ġimgħa, 22 ta’ Mejju.

Il-ġurnali kollha dalgħodu jirrappurtaw bi prominenza l-aħbar tal-eliminazzjoni ta’ Malta mill-Eurovision. IN-NAZZJON jgħidilna li l-interpretazzjoni eċċellenti ta’ Amber ma kienitx biżejjed; il-ġurnal TIMES OF MALTA juża t-titlu “Warrior defeated”, filwaqt li THE MALTA INDEPENDENT tgħid “Heartbreak for Amber as Warrior is eliminated”.

F’aktar aħbarijiet naraw IN-NAZZJON bi storja dwar kif il-Prim Ministru għandu jagħti garanzija li mhux se jmiss Żonqor.

THE MALTA INDEPENDENT b’rapport dwar il-bdiewa ta’ Żonqor illi ċaħdu dak li qal il-Prim Ministru dwar din iz-zona; mhux veru li 1% biss tal-art hija art agrikola.

L-ORIZZONT b’rapport mill-Qorti dwar wieħed mill-akkużati fl-iskandlu taż-żejt li lbieraħ ġie illiberat mill-akkużi.

THE TIMES OF MALTA tirrapporta l-iżvilupp propost mill-Grupp Corinthia biex jinbena ‘superhotel’.