Kultura Lokali

Imut Prof Godfrey Wettinger

Thabbret il-mewt tal-Professur Godfrey Wettinger, fl-età ta’ 86 sena. Wettinger kien l-istoriku Malti li flimkien ma’ Dun Mikiel Fsadni skopra l-“Kantilena”, l-eqdem biċċa xogħol ta’ letteratura Maltija.

Din l-iskoperta kienet saret f’Settembru 1966.

Imwieled il-Mosta, Prof Wettinger kien wieħed mill-membri fundaturi ta’ “Melita Historica” u anke l-President tas-Soċjetà Storika Maltija. Fl-1996, kien ukoll ordnat bħala membru tal-Ordni tal-Mertu.

Wettinger jibqa’ magħruf ukoll għal xogħlijiet letterarji ta’ importanza partikolari.