It-Torri Eiffel, li hi waħda mil-‘landmarks’ ewlenin ta’ Pariġi, ingħalqet għall-pubbliku wara li l-istaff ħarġu ‘l barra bi protesta minħabba ż-żieda fil-gruppi tal-ħallelin – magħrufa bħala ‘pickpockets’ – f’din iz-zona.
Il-ħaddiema sostnew li qed jispiċċaw suġġetti għall-abbuż u theddid ta’ vjolenza min-naħa tad-delinkwenti fl-inħawi.
Il-kumpannija li qed tamministra t-Torri Eiffel – li hi fost l-akbar attrazzjonijiet turistiċi fid-dinja – sostniet li qed taħdem mal-pulizija biex tiggarantixxi s-sigurta tal-istaff u l-publiku. Il-kelliema għall-kumpannija, fl-istess ħin, esprimew id-dispjaċir għall-fatt ‘li qed ibatu l-viżitaturi fis-sit’ minħabba ċ-ċirkostanzi.
//= $special ?>