Il-votanti fir-Repubblika tal-Irlanda illum ħadu sehem f’referendum dwar il-legalizzazzjoni taż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess.
Iktar minn 3.2 miljuni kellhom jivvutaw biex jikkonfermaw iridux li jsiru l-emendi għall-Kostituzzjoni tal-Irlanda li jippermettu żwieġ bejn koppji omosesswali.
Setgħu jivvutaw biss ċittadini Irlandiżi li huma reġistrati u li huma residenti tal-istat. Il-votazzjoni qed tkompli sa tard billejl u l-għadd tal-voti jibda għada filgħodu.
Iż-żwieġ bejn il-membri tal-istess sess fil-preżent hu legali f’19-il pajjiż fid-dinja.
//= $special ?>