Talanqas 43 persuna tilfu ħajjithom waqt sparatura bejn il-pulizija u grupp ta’ rġiel armati li seħħet fl-Istat Messikan ta’ Michoacan.
Il-battalja, li damet għaddejja sigħat, iddominat l-inħawi ta’ Tanhuato, qrib il-fruntiera tal-Istat ta’ Jalisco, bir-rapporti jsostnu li d-dmija kienet konnessa mat-traffikar tad-droga. Mifhum li l-mejtin kienu jinkludu anki xi pulizija.
L-awtoritajiet Messikani ilhom is-snin jiġġieldu gwerra qalila mal-Jalisco New Generation, li hu fost l-aktar cartels tad-droga b’saħħithom fil-Messiku.
Intant, l-indikazzjonijiet huma li l-maġġoranza assoluta tal-mejtin f’din il-battalja huma membri tal-istess organizzazzjoni tad-droga, bil-pulizija anki tirkupra ammont sostanzjali ta’ armamenti miz-zona.
L-awtoritajiet ikkonfermaw li l-pulizija kellhom ukoll ‘l-appoġġ mill-ajru’ meta kkonfrontaw lill-aggressuri. Dan wara li huma wieġbu għal rapport li grupp ta’ rġiel armati kienu ‘invadew’ l-inħawi ta’ ranch f’Tanhuato.
//= $special ?>