Futbol Sport

Dirty Soccer: Jinħeles Felice Bellini – l-aħwa Farrugia qatt ma ġew mitkellma mill-Pulizija

Felice Bellini, l-eks Direttur Sportiv ta’ numru ta’ klabbs Maltin (Qormi F.C., Gudja United u Vittoriosa Stars), u l-persuna ta’ fiduċja tiegħu Sebastiano La Ferla nħelsu mill-arrest wara li ġew arrestati t-Tlieta li għadda b’rabta mal-iskandlu tal-irranġar ta’ logħob tal-Lega Pro u Serie D.

Dan wara li l-uffiċċju ġudizzjarju ta’ Catanzaro ddikjara li ma kellux kompetenza territorjali fuq l-akkużi ta’ din l-inkjesta u għandu jkun it-Tribunal ta’ Lamezia li jinvestiga dawn l-akkużi. Inħelsu wkoll numru ta’ persuni oħra wara kienu nterrogati mill-Pulizija.

Fl-aħħar sigħat l-investiagzzjoni twessgħet u ħarġu iktar ismijiet ta’ suspettati, kif ukoll tmien soċjetajiet tal-futbol ġodda implikati fl-iskandlu; Reggina, Messina, Renate, Torres, Viterbese u Nuorese.

Intant minn informazzjoni li għandu dan is-sit, l-aħwa Robert u Adrian Farrugia, li ssemmew mill-Pulizija ta’ Catanzaro bħala l-persuni nvestigati fuq tixħim f’dan l-iskandlu, għadhom ma ġewx mitkellma mill-Pulizija.

Kuntrarju għal rapporti li dehru fil-midja lokali, l-aħwa Farrugia qatt ma ġew arrestati.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).